Navigate Up
Sign In

Il-Kampanja #ILKOLLMERĦBA #ALLWELCOME



 


Din il-kampanja tfittex li tippromwovi Malta aktar ugwali, aċċessibbli u inklużiva, fejn kulħadd iħoss sens ta’ appartenenza. In-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn involuti għandhom l-għan li jkunu aktar inklużivi, mhux biss lejn l-impjegati, iżda wkoll lejn il-klijenti u l-imsieħba fin-negozju tagħhom, speċjalment b’referenza għall-komunità LGBTIQ.

In-negozji u l-organizzazzjonijiet kollha huma mħeġġa jipparteċipaw fil-Kampanja #ILKOLLMERĦBA #ALLWELCOME u li jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu ambjent ta’ negozju li jirrispetta lill-ħaddiema, il-klijenti u l-imsieħba fin-negozju LGBTIQ tiegħu.


Il-prinċipji tal-parteċipazzjoni huma dawn li ġejjin:


  1. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem.

In-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn huma mħeġġa jdaħħlu fis-seħħ prattiki u/jew politiki sabiex jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rrispettati. Kollha għandhom jiżguraw li jirrispettaw lil kwalunkwe individwu li jiġu f’kuntatt miegħu, irrispettivament mill-ġeneru, ir-razza, l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, in-nazzjonalità, ir-reliġjon, diżabbiltà jew l-età, fost l-oħrajn.


  1. L-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq.

In-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fir-reklutaġġ tagħhom, fl-impjieg, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-benefiċċji, fir-rispett għall-privatezza jew fit-trattament ta’ fastidju. Huma ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-fornituri jew il-klijenti LGBTIQ. Din il-prattika għandha tiġi kondiviża u mħeġġa mal-imsieħba fin-negozju u l-fornituri.


  1. L-għoti ta’ appoġġ lill-persunal tal-LGBTIQ.

In-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jimmiraw li joħolqu ambjent tax-xogħol pożittiv. Dan jiżgura li l-membri kollha tal-persunal ikunu jistgħu jaħdmu b’dinjità u mingħajr stigma.


  1. Rappreżentazzjoni adegwata tad-diversità fil-kampanji pubbliċitarji tagħna.

In-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn huma mħeġġa juru l-appoġġ tagħhom lejn il-komunità LGBTIQ mhux biss permezz ta’ politiki interni, iżda wkoll lil hinn mill-ambjent tax-xogħol. In-negozju jew l-organizzazzjoni, safejn ikunu jistgħu, għandhom ifittxu li jippromwovu d-drittijiet ugwali għal kulħadd u r-rispett lejn id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ.


Tmexxi negozju jew organizzazzjoni u tixtieq tapplika? Irreġistra biex tissieħeb fil-kampanja #ILKOLLMERĦBA #ALLWELCOME:


Ikklikkja hawn biex tapplika

Kun af in-negozji/organizzazzjonijiet li diġà ssieħbu fil-kampanja.


Ikklikkja hawn biex tara l-lista ta' Negozji/Organizzazzjonijiet

 
​​​

Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni
A3 Towers, Level 0,
Triq l-Arkata,
Paola PLA1211

Telefon: 22263210
Posta elettronika: lgbtiq@gov.mt ​​



 
 
​​​​​​​​​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​