Navigate Up
Sign In

Premjijiet



Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena
Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza (MEAE) hu kburi li ġie afdat biex imexxi l-proċess ta’ dawn il-premjijiet. Hemm ħafna ħaddiema li jispikkaw fid-dedikazzjoni u l-kontribut tagħhom għall-attività ekonomika tal-pajjiż u tal-kollegi tagħhom. Dan hu l-għan ta’ dawn il-premjijiet - li jiċċelebra.

Dan il-premju, li jirrikonoxxi l-ħaddiem fiċ-ċentru tal-ekonomija tal-pajjiż, qiegħed jiġi żviluppat fi proċess dinamiku u proattiv li jirrikonoxxi individwi u timijiet li jħaddnu b’mod sħiħ il-valuri u l-etika tax-xogħol, li jiksbu dak li hu straordinarju fiċ-ċirkostanzi ordinarji tal-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum, li għamlu dik ix-xi ħaġa iktar fil-komunità u li jagħtu eżempju tal-aħjar fost il-kategoriji kollha ta’ ħaddiema. Dan permezz taċ-ċelebrazzjoni tas-suċċess fl-eżempji bla għadd ta’ prattiċi li jispikkaw u li għandhom ikunu ppremjati, imfaħħra u mxandra.​

 

Għanijiet

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2019 huwa dwar il-promozzjoni tal-aħjar prattiċi.  L-għanijiet ta’ dawn il-premjijiet huma li:

- Jirrikonoxxu l-isfidi tal-ħajja fuq ix-xogħol u fl-ambjent tax-xogħol;
- Jippromwovu prattiċi tajba u jiċċelebraw is-suċċess;
- Itejbu l-mod kif tinftiehem id-diversità tax-xogħol u l-apprezzament għal xogħol ta’ kwalità;
- Jiċċelebraw u jippromwovu d-diversità u l-opportunitajiet indaqs;
- Jippromwovu laqwa prattiċi ta’ ħarsien u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol

 
Premjijiet
Ħaddiema, timijiet ta’ ħaddiema u kumpaniji huma mħeġġa jiksbu rikonoxximent għall-kisbiet tagħhom f’6 kategoriji differenti. Din is-sena l-kategoriji huma:

- Ħaddiem Mudell tas-Sena
- Manager tas-Sena
- Employer tas-Sena.​
- Team tas-Sena
- L-iktar kumpanija li Tippromwovi l-Ugwaljanza
​- L-iktar kumpanija li Tippromomwovi l-Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol 
​- L-iktar kumpanija li Tippromwovi r-Respponsabbilta' Soċjali (CSR)
​- Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2019


Kif tinnomina 

Il-formola ta’ nominazzjoni u n-noti ta’ informazzjoni u ta’ gwida mill-websajt​ tal-MEAE. Għal kull kategorija jintgħażlu tliet finalisti, b’dawk magħżula minn fost in-nominati jiġu ppreżentati bil-premju fis-serata tal-Premju Ħaddiema tas-Sena li għandha ssir sal-aħħar tas-sena 2019. Il-‘Ħaddiem tas-Sena’ jintgħażel jew mill-kategorija ta’ rebbieħa individwali jew mogħti separatament skont id-diskrezzjoni tal-Bord tal-Għażla.

 
 

DETTALJI TA’ KUNTATT:

 
 Kuntatt Ewlieni 
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza
Auberge D'Aragon
Misrah Indipendenza
Il-Belt Valletta VLT 1520
Malta
 
  Telefown
(+356) 2295 7305
  Email

Websajt