Navigate Up
Sign In

eCommerce Malta National Strategy (2014-2020): Mid-Term Evaluation

Din il-Konsultazzjoni Pubblika hija Magħluqa 
 
 
Mingħand: Ministeru għall-Kompetittivita' u l-Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi (MCA)
​Ippubblikata: ​22 ta' Mejju, 2017
​Tagħlaq: ​21 ta' Lulju, 2017
​Aġġornata: ​24 ta' Lulju, 2017
 

1.      Sfond
 
F’Ottubru tal-2014, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) flimkien mal-Gvern, nediet l-Istrateġija Nazzjonali tal-Kummerċ Elettroniku għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, bl-għan li tassigura li l-intrapriżi f’Malta għandhom ir-riżorsi u l-ħiliet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet li jġib miegħu l-kummerċ  elettroniku. Din l-istrateġija tippreżenta l-‘policy’ tal-Gvern dwar il-kummerċ elettroniku u tidentifika numru ta’ inizjattivi li għandhom jiġu imwettqa fil-perjodu indikat.
 
L-evalwazzjoni ta’ din l-istrateġija tirrevedi l-istat kurrenti tal-policy implimentata sad-data tal-lum, u talloka mod aġġornat ta’ kif l-Awtorità għandha timxi ‘l quddiem sabiex tkompli tistabilixxi l-Kummerċ Elettroniku f’Malta bħala wieħed kreattiv u innovattiv, kollaborattiv u adattabbli.
 
2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
1.      Kont taf dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Kummerċ Elettroniku (2014 – 2020) li kienet nediet l-MCA?
2.      Taħseb li d-dokument ta’ evalwazzjoni li qed jiġi ppreżentat jirrefletti tajjeb is-sitwazzjoni kurrenti tal-kummerċ elettroniku f’Malta? Jekk le, jekk jogħgbok agħti r-raġunijiet tiegħek. .
3.      Qatt ipparteċipajt f’xi inizjattiva li l-MCA nediet f’dawn l-aħħar sentejn, kif mniżżel taħt kapitlu 3 ta’ dan id-dokument ta’ evalwazzjoni? Jekk iva, għidilna jekk fil-fehma tiegħek l-inizjattiva kinitx effettiva, u jekk għandekx xi suġġerimenti li tixtieq taqsam magħna.
4.      Taħseb li hemm oqsma mportanti oħrajn, apparti dawk imsemmija f’dan id-dokument, li l-MCA għandha tikkunsidra? Jekk iva, niżżilhom hawn taħt u spjega għaliex għandu jingħatalhom iktar attenzjoni.
5.      B’liema mod taħseb li l-inizjattivi proposti f’dan id-dokument jistgħu jikkontribwixxu sabiex jiżdied l-użu tal-kummerċ elettroniku mill-intrapriżi f’Malta?
6.      Tista tissuġġerixxi xi inizjattivi oħra li taħseb li l-MCA tista tniedi sabiex tiżviluppa dejjem iktar l-attività tal-kummerċ elettroniku f’Malta?
7.      Għandek xi kummenti oħrajn li tixtieq iżżid fuq l-Evalwazzjoni tal-Istrateġija u/jew l-istat tal-kummerċ elettroniku b’mod ġenerali f’Malta?
 
3.  Dokumenti
 
 
4.   Sottomissjonijiet
 
 
 
Bil-posta:  eCommerce Malta, Malta Communications Authority, Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana, FRN1913
 
Is-sottomissjonijiet waslu sal-21 ta' Lulju 2017.
 
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

 

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg